Ġimgħa Mqaddsa: It-Tlieta
Sign in to Google to save your progress. Learn more
Wara li lbieraħ tajna daqqa t’għajn lejn l-ispirtu ta’ Kristu, illum nippruvaw naħsbu sa fejn wassal lil Kristu dan l-ispirtu, jiġifieri t-tbatijiet terribbli li hu ġarrab għalina, b’rabta sħiħa mar-rieda tal-Missier. Dan jgħinna nifhmu għala aħna wkoll irridu naċċettaw is-salib f’ħajjitna.
Jekk irridu li dak li sofra Ġesù jkun ta’ ġid kbir għalina, jeħtieġ li niftakru spiss fih. Il-Fundatur ħareġ bl-ideja tal-Eżerċizzju Memorjali, jiġifieri, permezz tal-memorja, inħallu dak li jiġri madwarna jfakkarna f’dak li għamel Kristu għalina. Illum ser nagħmlu dan l-eżerċizzju dwar dak li jfakkarna fuq il-Passjoni ta’ Kristu.
Ara ftit ir-ritratti li ġejjin u taħt kull ritratt ikteb f'liema ġrajja mill-passjoni ta' Ġesù qiegħed tiftakar. (nota: il-passjoni ta' Ġesù tibda mid-daħla f'Ġerusalemm sad-difna ta' Ġesù fil-qabar. Tista' tagħmel użu minn xi wieħed mill-Evanġelji bħala għajnuna.)
1. Meta nara xi msiemer niftakar...
Captionless Image
2. Meta nara lil xi ħadd jaħsel idejh, niftakar...
Captionless Image
3. Meta nkun qiegħed niekol ma xi grupp ta' ħbieb, niftakar...
Captionless Image
4. Meta nkun f'diffkultà u nsib lil xi ħadd li jgħinni, niftakar...
Captionless Image
5. Meta nara lil xi omm tibki, niftakar...
Captionless Image
6. Meta xi ħadd iweġġani b'xi kelma jew dak li jagħmel, niftakar...
Captionless Image
7. Meta nara sħab iswed, niftakar...
Captionless Image
8. Meta nisma' xi serduq jidden, niftakar
Captionless Image
9. Meta nara li xi ħadd liebes fardal, niftakar.. *
Captionless Image
10. Meta lil xi ħadd li għal flus lest li jagħmel kollox, niftakar
Captionless Image
Ħsieb: Ruħ nisranija, xejn ma jiswa li tkun taf il-kliem tal-ħajja, iżda li tipprattikah; dan jiswa.
Wara dan li qrajt, ikteb talba ta' ringrazzjament lil Ġesù dwar xi ħaġa li hu sofra minħabba d-dnubiet tagħna l-bnedmin.
Isem u kunjom *
Submit
Clear form
Never submit passwords through Google Forms.
This content is neither created nor endorsed by Google. Report Abuse - Terms of Service - Privacy Policy