SAGĦTAR - Sejħa għall-kapijiet tal-iskejjel
Għażiż/a Kap tal-Iskola

Kif tħabbar dan l-aħħar, il-Malta Union of Teachers qiegħda taħdem sabiex terġa’ tibda tippubblika r-rivista "Sagħtar" mis-sena skolastika li jmiss (2020-2021). Din id-darba r-rivista, filwaqt li se jkollha l-verżjoni stampata bħal qabel, se tkun imsaħħa u miżjuda bil-format diġitali. Qiegħed isir minn kollox biex ir-rivista tkun ta’ kwalità u bħalissa qegħdin nikkunsidraw ukoll jekk ikunx possibbli li r-rivista titqassam bla ħlas. Jekk dan iseħħ, fl-ewwel sena qegħdin inħarsu lejn il-possibiltà li din tingħata lill-istudenti bejn il-Year 4 u l-Year 6. Għalhekk qegħdin nitolbukom tagħtuna indikazzjoni ta’ kemm huwa previst li jkun hemm studenti ta’ dawn l-etajiet interessati li jirċievu s-“Sagħtar” fis-sena skolastika li jmiss, billi tieħdu minuta u timlew din il-formola. Dan l-eżerċizzju jgħinna ħafna biex innaqqsu l-ħela kemm jista’ jkun u nimminimizzaw l-ispiża tal-pubblikazzjoni.

Apparti dan nixtiequ nuru x-xewqa li s-"Sagħtar" ikollu involviment qawwi mill-iskejjel. Attivitajiet, proġetti, kitbiet tat-tfal u inizjattivi oħra fl-iskejjel ikun sabiħ li jiġu ċċelebrati fir-rivista. Għaldaqstant l-appell tagħna hu li għalissa taħsbu ftit dwar kif ir-rivista tista' tgħin lill-iskola, l-edukaturi u l-istudenti sabiex flimkien noħolqu rivista li tkun verament speċjali. Jekk diġà għandkom xi ideat nitolbukom tinkluduhom fil-formola wkoll. Ma' dawn tistgħu żżidu x'kontenut kieku tieħdu gost li taraw fir-rivista għall-etajiet li semmejna. Din tgħinna sabiex naraw li kemm jista' jkun ma nsejna xejn.

Din il-formola għandha timtela sal-Ġimgħa, 20 ta' Marzu 2020.

Nirringrazzjawkom ħafna.
Sign in to Google to save your progress. Learn more
Next
Clear form
Never submit passwords through Google Forms.
This content is neither created nor endorsed by Google. Report Abuse - Terms of Service - Privacy Policy