Il-Ġimgħa Mqaddsa: It-Tnejn
Sign in to Google to save your progress. Learn more
Fl-ewwel jum ta’ din il-Ġimgħa Mqaddsa ser naħsbu b’mod speċjali fuq l-Ispirtu ta’ Kristu. Kif jikteb il-Fundatur fis-‘Sakrarju tal-Ispirtu ta’ Kristu’, “bi spirtu ta’ Kristu, wieħed għandu jifhem il-mod li bih għex Kristu”, u għalhekk l-obbligu tagħna li nimitawh f’kollox.
Il-bniedem li għandu fih l-Ispirtu ta’ Kristu jkollu jduq it-tbatijiet, u mhux dejjem jifhem għala jkollu dawk il-provi kollha. Dawn kienu l-esperjenzi li għaddew minnhom ħafna personaġġi fit-Testment il-Qadim, li bla ma kienu jafu, kienu figuri ta’ dak li kellu jgħaddi minnu Kristu matul il-Passjoni tiegħu.
Aħseb ftit fuq xi figuri mit-Testment il-Qadim, u kif dawn jgħallmuna fuq il-Passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. (kompli s-sentenzi li ġejjin)
1. David b'5 ċagħkiet rebaħ lill-ġgant Gulija,
2. Abel maqtul minħabba l-għira ta’ ħuh Kajjin,
3. Iżakk li missieru Abraham għar-rieda t'Alla kien lest jissagrifikah,
4. Melkisedek li offra lil Abraham ħobż u inbid,
5. Ġużeppi mibjugħ minn ħutu għax għeru għalih,
6. Ġużeppi li ħafer lil ħutu ta' kull ma għamlulu,
7. Il-ħaruf tal-Għid bla tebgħa u li ma kissrulu l-ebda għadma,
8. Mosè li ħeles lill-poplu Lhudi mill-jasar tal-Eġizzjani,
9. Ġeremija li qala' daqqa ta' ħarta mill-għassies tat-tempju għax qal il-verità,
10. Il-poplu Lhudi bil-għatx fid-deżert fi żmien Mosè
Ħsieb: Ruħ nisranija, mhux li tagħmel, iżda qis kif tagħmel.
Ikteb hawn eżempju/i ta' x'inhu l-ispirtu ta' Kristu
Isem u kunjom *
Klassi *
Submit
Clear form
Never submit passwords through Google Forms.
This content is neither created nor endorsed by Google. Report Abuse - Terms of Service - Privacy Policy