Ġimgħa Mqaddsa: L-Erbgħa
Sign in to Google to save your progress. Learn more
Fil-jumejn li għaddew immeditajna fuq l-ispirtu ta’ Kristu u s-sofferenzi li għadda minnhom l-Iben t’Alla inkarnat. Il-lum, lejliet it-Tridu Qaddis tal-Misteru tal-Għid, ser inżommu quddiem il-moħħ tagħna lil Kristu msallab, fejn nistgħu naraw ir-rebħa li ta l-ispirtu u t-tbatijiet tiegħu.
Madwar il-Kurċifiss għandna ġabra ta’ nies, oġġetti u postijiet li kellhom x’jaqsmu mal-Passjoni. Dawn il-personaġġi, oġġetti u postijiet kollha għandhom x’jgħidulna fuq Kristu; kollha għandhom post fl-istorja tal-fidwa tagħna.
Aħseb ftit fuq personaġġi, oġġetti u postijiet li jisemmew fir-rakkont tal-passjoni. (nota: il-passjoni ta' Ġesù tibda mid-daħla f'Ġerusalemm sad-difna ta' Ġesù fil-qabar. Tista' tagħmel użu minn xi wieħed mill-Evanġelji bħala għajnuna.)
1. Ikteb lista fejn fiha ssemmi mhux inqas minn 3 personaġġi li jissemmew fir-rakkont.
2. Issa ikteb ftit kif wieħed mill-personaġġi li ktibt hawn, fuq jissemma' fir-rakkont tal-passjoni.
1. Ikteb lista fejn fiha ssemmi mhux inqas minn 3 postijiet li jissemmew fir-rakkont.
2. Issa ikteb ftit kif wieħed mill-postijiet li ktibt hawn fuq, jissemma' fir-rakkont tal-passjoni.
1. Ikteb lista fejn fiha ssemmi mhux inqas minn 3 oġġetti li jissemmew fir-rakkont.
2. Issa ikteb ftit kif wieħed mill-oġġetti li ktibt hawn fuq, jissemma' fir-rakkont tal-passjoni.
Ħsieb: Ruħ nisranija, xejn ma jiġri mingħajr kawża.
Wara li qrajt dawn it-tagħlimiet, ikteb tagħlima oħra li inti tħoss li titgħallem minn Ġesù Msallab.
Isem u kunjom *
Submit
Clear form
Never submit passwords through Google Forms.
This content is neither created nor endorsed by Google. Report Abuse - Terms of Service - Privacy Policy